Feeds:
Posts
Comments

Archive for June, 2013

End of Year Snapshot  (12) End of Year Snapshot  (11) End of Year Snapshot  (10) End of Year Snapshot  (9) End of Year Snapshot  (8) End of Year Snapshot  (7) End of Year Snapshot  (6) End of Year Snapshot  (5) End of Year Snapshot  (4) End of Year Snapshot  (3) End of Year Snapshot  (2) End of Year Snapshot  (1)

Read Full Post »

   Last Saturday I woke up very early. I went straight to the kitchen and ate a healthy breakfast. I was very excited, because I was going to spend a day at my cousin’s house.

   I got my backpack, which I prepared the day before, and mum drove me to my aunt’s house. My cousin and my aunt were waiting for me outside, on the doorstep of their large house. I kissed and waved mum goodbye. My cousin took me straight to her room where we played some games on the computer. She showed me some of the crafts she was making. My cousin is very good at making many different crafts, like for example, handmade cards. I learn a lot from her.        

   At around noon, the smell of cooking wafted upstairs and our tummies started to rumble. We ran downstairs to the kitchen where my aunt was preparing my favourite dish; penne carbonara. After we ate, we went in the living room and watched cartoons on the television. In the afternoon the weather was warm enough, so we decided to swim in the swimming pool. We spent the whole afternoon swimming, splashing, diving and dunking in the pool.      

   In the evening we had a barbecue near the pool. I really enjoyed myself at my cousin’s house. They all made me feel at home. It was an unforgettable Saturday!     

In the pool

 

Nicole Borg

Read Full Post »

Il-festa tar-raħal tiegħi tiġi fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju. Il-patrun tar-raħal tas-Siġġiewi huwa San Nikola. Ta’ kull sena nistenna l-festa bil-ħerqa.

Fil-ġimġħa tal-festa, il-knisja minn ġewwa tkun imżejna bid-damask aħmar, linef tal-kristall u bukketti tal-fjuri madwar il-vara. Minn barra tkun mixgħulha b’ħafna bozoz ikkuluriti u mżejna b’xi liedna. It-toroq ikunu mżejna bil-festuni tad-dawl, pavaljuni, liedni, bandalori u statwi.

Ġewwa l-knisja jsiru diversi ċelebrazzjonijiet fosthom ħafna funzjonijiet, talb, kant ta’ tifħir u funzjonijiet għall-familja kollha speċjalment għat-tfal, għall-anzjani, għall-ġenituri u t-trabi l-ġodda. Lejliet il-festa jkun hemm quddiesa kantata u tberik tal-ħobż ta’ San Nikola.

Nhar il-festa, fil-ħin tal-quddiesa, ikun hemm nies, tfal u kor ikantaw innijiet sbieħ u jkun hemm ukoll il-ħruġ tal-vara. Isir ukoll il-paniġierku.

Fil-ġimgħa tal-festa ħafna nies imorru l-pjazza minn kmieni. Fil-pjazza tar-raħal ikun hemm baned idoqqu marċi brijużi, serati mużikali u kulturali, armar tal-planċier u ikel tradizzjonali bħall-qubbajt. Fil-pjazza jkun hemm xi lotteriji, bandisti jagħmlu programm mużikali fuq il-planċier, logħob tan-nar tal-art, bejjiegħa tal-ikel u ġugarelli kif ukoll purċissjoni bil-vara ta’ San Nikola. Kull rokna tkun mimlija daqs bajda bin-nies.

Il-festa togħġobni għax ikun hemm il-ġigġifogu ta’ kull lewn, il-knisja mżejna sabiħa u t-toroq ikunu mixgħulin. Nieħu gost nieħu sehem fil-purċissjoni ta’ San Nikola meta jinħareġ mill-knisja. 

Il-festa tas-Siġġiewi

 Nicole Borg

Read Full Post »