Feeds:
Posts
Comments

Archive for February, 2016

0

Advertisements

Read Full Post »

Pigs might fly

Something that you say which means you think there is no chance at all of something happening.

John: “If I win the lottery on Friday, I’ll give you half of my money.”

Sam: Yeah, and pigs might fly!”

Read Full Post »

Kliem ix-xiħ…

Read Full Post »

http://www.topmarks.co.uk/PlayPop.aspx?f=bingotimesordivide

Read Full Post »

Ras ir-Randan

Read Full Post »

Read Full Post »

Is-Sawma

  Ġannikol twieled u trabba f’raħal arjuż, imdawwar bl-għelieqi tas-saqwi li fihom issib ħxejjex matul is-sena kollha.  Iżda wara li żżewweġ mar joqgħod naħa oħra, f’dar li kien bena kif xtaq hu. Kien bin ix-xogħol, għamel ħiltu, stinka, u kellu post għoli mal-gvern. B’hekk ħafna kienu dawk li jsibuh bħala ‘Is-Sur Ġannikol’.

  Ma kienx qasir, iżda lanqas kien jgħodd mat-twal. Wiċċu aħmar nar irid itir id-demm minnu; tond, goff u jleqq, kont tista’ ddaħħal ix-xemx u toħroġ lilu. Żaqq imqabbża ’l barra u l-bqija ta’ ġismu kollu laħam impaħpaħ. Minn Ottubru sa Mejju dejjem ikun bis-sidrija u l-ġlekk, u maktur ħiereġ mill-but tal-ġlekk.

  Nhar l-Erbgħa tal-Irmied, jew Ras ir-Randan, kif insejħulu l-ewwel jum tar-Randan, għas-Sur Ġannikol kien ikun jum tax-xogħol ukoll. Billi dakinhar ikun jum ta’ sawm, il-mara tas-Sur Ġannikol ma tibqax lura mis-sawm kemm għaliha, għal żewġha u għal uliedhom.

  Filgħodu għall-fatra, tlestilu erba’ biċċiet ħobż mixwijin. Biex niftiehmu, ma jkunux żgħar, kull biċċa tkun id-dawra kollha ta’ ħobża. Tkaħħallu butir kemm tiflaħ ma’ kull biċċa ħobż u tagħmillu tazza kafè kbira bi ftit ħalib. “Kul Ġannikol!” kienet tgħidlu, “tinsiex li issa għandek sas-siegħa daqqu biex terġa’ titrejjaq. Ftakar li llum ma tistax tieħu ħlief kafè iswed.” Ġannikol kien jikolhom kollha, għax fatra bħal dik, sena oħra se jerġa’ jkollu bħalha.

  Dakinhar ma kienx jieħu ikel miegħu x-xogħol iżda jmur id-dar jiekol fil-ħin tal-mistrieħ. X’ħin jintefa’ fuq il-mejda, il-mara ħafifa u lesta minn kollox, tibda tressaqlu l-ikla tas-sawma ta’ Ras ir-Randan; platt soppa tal-ħut biex jiftaħ l-istonku vojt, platt mimli ravjul biz-zalza; qisu muntanja, stuffat tal-bakkaljaw, li miegħu kien jiekol biċċa ħobż ġmielha, biċċa ġobon, u qabel tressaqlu frotta bħala deżerta, biex tkun żgura li Ġannikol m’għadux fjakk, iddur lejh u tgħidlu, “Ġannikol, ara ħa nagħtik żewġ ravjuliet oħra, u stuffat baqa’ wkoll. Ftakar li issa għandek sal-lejla biex terġa’ tiekol, u ma rridx, allaħares qatt, jagħtik xi ħass ħażin bid-debbulezza.” M’hemmx għalfejn ngħidu li Ġannikol wara nofsinhar xejn ma kien jieħu, ħlief ftit kafè iswed biex jgħaddilu dak l-ikel kollu.

  Filgħaxija l-ikla tas-sawma ma kinitx tkun nieqsa, anzi kien jiżdied l-inbid ukoll. Ġannikol kien jgħid li dakinhar ikun beżgħan mhux li ser imut bil-ġuħ, iżda li se jmur għand Alla, b’xi indiġistjoni. Ma’ sħabu kien jgħid ukoll, li l-mara tiegħu qatt ma kienet tbellagħlu ikel daqs dakinhar ta’ Ras ir-Randan!

Read Full Post »

Older Posts »