Feeds:
Posts
Comments

Archive for March, 2016

Happy Easter

Happy Easter

Advertisements

Read Full Post »

Kienet ġurnata sajfija u jiena u n-nannu morna nistadu, bit-tama li naqbdu qabda ħut ġmielha.  Jien kont fis-seba’ sema u xtaqt li nfittxu nitilqu għal ħdejn il-baħar, imma n-nannu ma riedx li nitilqu qabel ma jiċċekkja li kollox kien sew.

X’ħin tlaqna kien għadu ma sebaħx għax kienu għadhom l-erbgħa ta’ filgħodu.  Meta wasalna l-bajja ta’ Għar Lapsi, kien qed jisbaħ.  Il- baħar kien ċar daqs il-kristall u stajt nara r-rifless tiegħi ġol-ilma.  In-nannu niżżel id-dgħajsa ġol-ilma u qbiżt malajr għal ġod-dgħajsa.  Miskin, in-nannu!  X’ħin qbiżt, inzerta kien qiegħed ħdejja u bil-qabża xarrabtu għasra.  Wara li l-ħwejjeg tan-nannu bdew jinxfu, aħna tlaqna mix-xatt u ħriġna fil-fond. 

Wara xi kwarta nippruvaw naqbdu xi ħuta bil-qasba, in-nannu raqad nagħsa fonda u ħallieni nistad waħdi.  Ftit wara, ankè jien kważi marret għajni bija, imma malajr stenbaħt.  Mal-qasba kien hemm denb ta’ ħuta!  Jien mort nara x’kien eżatt u b’sorpriza kbira, kienet sirena!  Malajr kemm stajt, ħallejt il-ganċ u s-sirena kienet tista’ tgħum.  Talli ħallejtha libera, hi tatni perla marbuta ma’ spaga bħala ġiżirana.  Wara li sellimtilha, qajjimt lin-nannu u għidlu x’kien ġara.  Hu emminni u qalli li meta kien zgħir kien ġralu l-istess!  Erġajna tfajna l-qasba fil-baħar u f’ħakka t’għajn tellajna żewġ paġelli u mazzola.  Dak il-ħin kienu saru nofsinhar u n-nannu bdiet tgorrlu żaqqu.  Aħna morna lura x-xatt u minn hemm tajna l-ħut kollu lin-nanna. 

In-nanna għamlet festa b’dak il-ħut li konna qbadna!  Dik il-perla maġika li tatni s-sirena bqajt inżommha għal dajjem bħala tifkira ta’ meta mort nistad!

Mermaid-fantasy-37212407-2048-1248

Ylenia Schembri

Read Full Post »

San Ġużepp

Read Full Post »

Our Lady of Sorrows

 

Our Lady of Sorrows

Read Full Post »

 

L-ismijiet u t-titli magħżula għall-proġett tal-Istudju Soċjali li jġorr marka ta’ 20% mill-eżami annwali:

Niċċelebraw il-festa tagħna: Sven, Miguel, Nirvana, Luca, Norton, Kyle, Katrisse u Ecurly.

It-Turiżmu: Mikhail, Ylenia u Matthias.

Il-Bliet Qodma u t-Turiżmu: Yasmine.

L-Organizzazzjoni ta’ ħarġa għall-Imdina: Jean-Pierre.

Iċ-Ċentru tal-Akkwakultura f’Marsaxlokk: Gabriel, Shana u Nathan.

Irid ikun madwar 400 kelma bl-istampi, tpinġijiet jew ritratti u jkun fih mhux aktar minn 2o paġna. Jista’ jsir ukoll f’forma elettronika bħal Powerpoint, Photostory, Photosynth, Storybird, eċċ.

Importanti li r-riċerka tkun maqluba fi kliem it-tfal u mhux ikkuppjata direttament minn xi noti jew sorsi oħrajn.

Read Full Post »

10262229_10208506435519264_1653546185135182300_n

Read Full Post »

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Older Posts »