Feeds:
Posts
Comments

Archive for April, 2016

(to) Drop a line

To drop a line means to write a letter (usually short) to someone.

drop us a line

Advertisements

Read Full Post »

Once in a blue moon

…very rarely, not frequently.

Read Full Post »

untitled

Read Full Post »

   Jiena ġerwa żgħira u jisimni Princess. Trid seba’ għajnejn biex tarani. Jiena annimal domestiku u noqgħod m’ommi, ma’ missieri, sidti Katrisse u l-familja tagħha.

   Veru kburija li ngħix ma’ Katrisse u l-familja tagħha għax jieħdu ħsiebi ħafna. Katrisse teħodni kullimkien magħha. Jiena tar-razza Beagle u bajda daqs il-karti iżda l-iktar ħaġa li tolqot lin-nies fuqi huwa denbi li hu aħmar daqs il-peprin u isfar lellux! Tista’ timmaġina kif nidher!  Jiena kelba speċjali u nieħu gost li għandi denbi aħmar nar u isfar.

Princess

   Sidti tgħidx kemm-il darba daħħlitni f’kompetizzjonijiet apposta għall-klieb. Kull darba li nidħol ġewwa biex niltaqa’ mal-klieb l-oħra, inħossni se ntir bil-ferħ. Insomma imma mhux dak kollox. Katrisse għandha kelba oħra minbarra lili u l-familja tiegħi. Din hija Fluffy u għandha pil kannella bħall-kulur taz-zokk ta’ siġra. Vera mmorru tajjeb flimkien. Aħna avventurużi u enerġetiċi ħafna. Inħobbu nilagħbu b’ballun flimkien fil-ġnien ma’ sidtna u nieħu gost meta mmorru nixtru, għax l-għaxqa tiegħi li nitfa’ l-affarijiet bil-moħbi.

   Għandi xi ħaġa oħra x’ngħaddilkom. Inħobb nilgħaq ħafna x-xemx speċjalment fis-sajf. Bħalissa sidti tinsab ferħana se ttir, għax jien qed nistenna xi frieħ oħra minbarra ibni Berry u binti Peach. Berry u Peach huma l-mimmi t’għajnejja.

   Ħa jkolli mmur għax dettal ieħor li għadni ma semmejtx huwa li nitwerwer mid-dlam u kumbinazzjoni issa nqata’ d-dawl!

Katrisse Agius

Read Full Post »

The Titanic

https://kidskonnect.com/history/titanic/

https://www.youtube.com/watch?v=POj_I8DSvZI

Read Full Post »

     Jien mhux annimal kbir, fini daqs pupu tat-tajjar. Għandi ħames snin. Ngħix mal-familja Cilia jiġifieri ma’ Norton, Yana May, Diona u Tonio ġo dar żgħira, imma mdawla.

     Sieqi fihom madwar ħmistax –il ċentimetru u niġri daqs ir- riħ. Jien jisimni Leroy, imma Diona tgħajjatli Kiki! Ir-razza tiegħi hija tal-Persian. Jiena annimal domestiku u nħobb nilgħaq ix-xemx. Ta’ qattus li jien, inħobb nilgħaq lili nnifsi biex ninħasel, iżda Diona tiddejjaq u taħsilni ġo banju mimli bl-ilma. Meta lil Diona naraha ġejja għalija biex taħsilni, imsarni jinżlu f’saqajja u naħrab ġol-kamra ta’ sieħbi, Norton. Għalkemm ġieli ddejjaqni, Diona hija l-mimmi t’għajnejja.

     Jien nħobb nitmiegħek mas-sufan u norqod lejl u nhar. Filgħodu nqum u nibda ningħi u nibki ħalli Tonio jqum ifissidni u jagħtini l-ħalib.

     Jekk ikolli ndur u nfittex madwar id-dinja kollha biex insib familja oħra, qatt ma jien se  nsib familja aħjar mill-familja Cilia. Inħoss li għandi ngħid grazzi talli għandi min iħobbni u jieħu ħsiebi.

Leroy

Norton Cilia

Read Full Post »

     Bonġu tfal, jien jisimni Pina u jiena panda.  Noqgħod fiċ-Ċina u għandi żaqqi daqs dinja. Żaqqi hija rrigata bajda u sewda. Jien inħobb noqgħod fil-foresti tal-bamboo jew fuq muntanji għoljin.

     L-ikel favorit tiegħi huwa weraq tal-bamboo u pjanti oħra.  Meta jispiċċalna l-bamboo, aħna nsibu ħafna problemi għax ħafna nies saru jgħixu taħt il-muntanji u ma nkunux nistgħu naqsmu min-naħa għal oħra.  Jiena u l-familja tiegħi nieklu tnax-il kilogramma kuljum.  Il-bamboo jdum madwar għoxrin sena biex jikber u allura ma nistgħux naħluh. Jien għaddejt minn ħafna sitwazzjonijiet koroh imma l-ikreh waħda kienet meta ħaduni ġo żu.  Hemmhekk kienu jitimgħuni l-karawett.  Ta’ spiss it-tfal kienu joħduli xi ritratti u jien kont nagħtihom dahri!

Pina

      Darba kien hemm tifel li qabbiżhomli u kważi griftu.  Minn dakinhar ‘l hemm tefgħuni ‘l barra u kont libera għal darba oħra. Kunu afu li m’hawn xejn isbaħ mil-libertà!  Insomma, kif jgħidu, kull deni ħudu b’ġid!  Nispera li qatt ma jerġgħu jaqbduni!

     Lilna l-pandas iqisuna bħala s-simbolu tal-għaqda dinjija għall-konservazzjoni tal-annimali selvaġġi u jiena inħossni kburija b’dan.  Jiena wkoll annimal fil-periklu li niġi estint.  Id-dar tiegħi qiegħda titfarrak minħabba l-qtugħ tas-sigar. Darba sibt borma tè friska li kien għadu kemm qata’ u ħawwad mal-ilma, bidwi.  Jaqq! It-tè kien morr tosku!

     Insomma, issa se jkolli mmur, għax qabadni ġuh għama.  Inselli għalikom u nawguralkom il-ġurnata t-tajba.

Ylenia Schembri 

Read Full Post »

Older Posts »