Feeds:
Posts
Comments

Archive for March 15th, 2017

     Jien annimal domestiku żgħir. Jisimni Lelu u ngħix ġol-klassi tal-ħames sena.

     Jiena qanfud ta’ kulur kannella ċar ħafna. L-aktar ħaġa li n-nies jammiraw fija hi li jien mans ħafna. Ngħix ġo gaġġa wiesgħa u għandi rota li ma niqafx niġri fuqha! Qabel ma spiċċajt hawn, kont ngħix fil-kampanja. Hemmhekk tgħidx kemm kont inbati biex insib x’niekol. Darba fost l-oħrajn, qabadni tifel jismu Julian. Hu ħadni miegħu l-iskola u b’hekk spiċċajt hawn. Jien magħruf bħala annimal nadif ħafna. Fi tmiem il-ġimgħa l-għalliema tagħżel lil xi persuna differenti biex teħodni magħha d-dar. Darba, is-Sinjura Vella għażlet lil Mark biex jeħodni d-dar miegħu. Hu, kien se jtir bil-ferħ. Għalija, xejn inqas minnu, għax hu tifel ferrieħi ħafna. Mark huwa tifel li għandu l-awtiżmu.

     Nhar is-Sibt ħadni għand kuġinuh. Hemm, għamilt ħbieb ma’ għasfur jismu Benji. Nhar il-Ħadd morna l-bandli. Kemm ħadt pjaċir narah jilgħab u jagħmel ħbieb ġodda! Wara l-bandli morna passiġata fil-ġnien pubbliku. Kemm smajt għasafar jgħannu!

      Jien qatt ma jien se ninsa dan it-tmiem il-ġimgħa tassew sabiħ. Jiena l-mimmi t’għajnejn it-tfal.

Aidan Mallia

 

 

Advertisements

Read Full Post »

   Jiena jisimni Rose u jiena fjamingu. Noqgħod ġo xmara u jien annimal protett.

   Ġismi huwa roża u jiena sabiħa ħafna, għalkemm żgħira. Għandi għajnejja suwed u kbar. Trid seba’ għajnejn biex tarani! Munqari huwa isfar. Jiena ngħix ma’ ħafna fjamingi oħra , pero’ ma tantx tista’ tagħrafna għax  ħafna mill-fjamingi huma roża u allura nidhru ħafna l-istess.

   Fejn ngħix jien, hemm ħafna ilma u siġar.  Aħna l-fjamingi nistgħu ntiru, imma ħafna nies jaħsbu li ma nistgħux. Meta nkunu  fl-ilma, noqogħdu fuq sieq waħda . Ftit minna sofor lellux. Mela darba ħaduni ġo żu u jiena ma kont ferħana xejn. Kien għalxejn li s-sidien taż-żu għamlu s-sinjali biex min juża l-kameras ma jkollhomx ‘flash’. Xorta kienu jużawha u lili jweġġgħuli għajnejja. Darba, is-sidien taż-żu ddeċidew li jkeċċuni ‘l barra . Kont fis-seba’ sema. 

   Jiena nħossni ferħana se ntir għax fejn noqgħod, il-fjamingi sħabi kollha jħobbuni. Kieku kelli ndur madwar id-dinja, ma kontx insib ħbieb ta’ qalb tajba bħal ma għandi llum! 

Amie Galea Magri

Read Full Post »