Feeds:
Posts
Comments

Archive for the ‘Uncategorized’ Category

Read Full Post »

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Mejju

April imut mal-bard u Mejju jrid il-ward.

Read Full Post »

     Jien annimal domestiku żgħir. Jisimni Lelu u ngħix ġol-klassi tal-ħames sena.

     Jiena qanfud ta’ kulur kannella ċar ħafna. L-aktar ħaġa li n-nies jammiraw fija hi li jien mans ħafna. Ngħix ġo gaġġa wiesgħa u għandi rota li ma niqafx niġri fuqha! Qabel ma spiċċajt hawn, kont ngħix fil-kampanja. Hemmhekk tgħidx kemm kont inbati biex insib x’niekol. Darba fost l-oħrajn, qabadni tifel jismu Julian. Hu ħadni miegħu l-iskola u b’hekk spiċċajt hawn. Jien magħruf bħala annimal nadif ħafna. Fi tmiem il-ġimgħa l-għalliema tagħżel lil xi persuna differenti biex teħodni magħha d-dar. Darba, is-Sinjura Vella għażlet lil Mark biex jeħodni d-dar miegħu. Hu, kien se jtir bil-ferħ. Għalija, xejn inqas minnu, għax hu tifel ferrieħi ħafna. Mark huwa tifel li għandu l-awtiżmu.

     Nhar is-Sibt ħadni għand kuġinuh. Hemm, għamilt ħbieb ma’ għasfur jismu Benji. Nhar il-Ħadd morna l-bandli. Kemm ħadt pjaċir narah jilgħab u jagħmel ħbieb ġodda! Wara l-bandli morna passiġata fil-ġnien pubbliku. Kemm smajt għasafar jgħannu!

      Jien qatt ma jien se ninsa dan it-tmiem il-ġimgħa tassew sabiħ. Jiena l-mimmi t’għajnejn it-tfal.

Aidan Mallia

 

 

Read Full Post »

  Jien annimal domestiku żgħir. Jgħajtuli ‘The Boss’ u noqgħod ġo skola. Ninsab fil-klassi tal-ħames sena u jiena fekruna ċkejkna u ħadra daqs il-ħaxix.

    L-għalliema xtratni minn ħanut tal-annimali. Sid il-ħanut, li jismu Frans, kien jieħu ħsiebi ħafna. Miegħi kelli fkieren oħra imma llum ninsab waħdi. Kultant inħossni qalbi sewda! Kemm nixtieq iġibuli ma’ min ngħid kelma. L-ikel favorit tiegħi huma l-gambli żgħar li xtrali tifel mill-klassi jismu Julian. Għandi qoxra iebsa ġebel u dahri fih forom sbieħ. Meta jaslu l-vaganzi, is-Sinjura Ciappara teħodni magħha d-dar, iżda l-Milied li għadda ħadni miegħu tifel jismu Bertie. Fil-ħmistax -il jum li qattajt miegħu, ħassejtni fis-seba’ sema u ħa ħsiebi qisni xi re.

    Fil-klassi qiegħed ġo kontenitur oranġjo u t-tfal jagħtuni niekol darba kull wieħed. Darba ħarġuni barra fix-xemx u ħassejtni ferħana se ntir! Mhux li kien jerġgħu joħorġuni ħalli nħossni libera u nimxi passejn! Fil-ġranet kesħin indaħħal rasi ’l ġewwa iżda meta nħoss li l-ilma jkun sħun, nitla’ nittawwal u nixxemmex. Tgħidx kemm naf naħdem somom!

    Ninsab qalbi maqsuma għax inħoss li ħajti xejn ma fiha gost. Pero’ t-tfal tal-klassi tal-ħames sena huma xorta l-mimmi t’għajnejja.

 

 

     

Read Full Post »

Read Full Post »

Weight

http://www.bbc.co.uk/skillswise/game/ma24weig-game-taking-measures-weight

http://www.ictgames.com/weight.html

http://www.ictgames.com/mostlyPostie.html

 

Read Full Post »

Older Posts »